BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

SPEA - L-Ghaqda Portugiza ghall-iStudju ta' l-Ghasafar

SPEA hija ghaqda mhux-governattiva li tahdem ghall-harsien ta’ l-ghasafar u l-habitati taghhom fil-Portugal, u li tippromwovi tip ta’ zvilupp li jhares il-patrimonju naturali ghall-generazzjonijiet tal-futur.

SPEA hija l-Partner ta’ BirdLife International fil-Portugall. BirdLife International hija ghaqda internazzjonali li tahdem f’iktar minn 100 pajjiz, inkluz fil-Portugall u fil-gruppi ta’ gzejjer Azores u Madeira. Bhala ghaqda li ma tahdimx ghall-qligh, SPEA tiddependi mill-membri u s-sostenituri taghha biex twettaq xogholha u l-missjoni taghha.

SPEA hija responsabbli biex tidentifika u tissorvelja z-Zoni Importanti ghall-Ghasafar (IBAs), u biex tizviluppa progetti ta’ konservazzjoni biex jitharsu uhud mill-iktar ghasafar mhedda fl-Ewropa, flimkien mal-habitati taghhom. Fost dawn hemm il-Pitarra Zghira Tetrax tetrax, il-Bugeddum Azorjan Phyrrula murina u l-Kangu ta’ Fea Pterodroma feae. Fost l-2000 membru fi SPEA hemm kwazi x-xjenzati ornitologici Portugizi kollha.

Minbarra ricerka xjentifika u progetti ta’ konservazzjoni, SPEA taghmel xoghol ta’ edukazzjoni ambjentali. SPEA torganizza wkoll programm vast ta’ attivita, inkluz hargiet fl-kampanja, korsijiet dwar ornitologija u ghasafar, attivita ghall-volontarjat, tahdidiet u avvenimenti, u tippublika wkoll kotba u rivisti xjentifiçi u popolari.

Biex tikkomunika mal-membri taghha, SPEA tippublika r-rivista Pardela erba’ darbiet fis-sena, kif ukoll in-newsletter elettronika SPEA On-Line. Din in-newsletter hija bla hlas u miftuha kemm ghal min hu membru u anke ghal min mhux. Tinhareg kull gimgha bil-Portugiz u kull xahrejn bl-Ingliz, u wiehed jista’ jabbona fiha billi jibghat imejl lil speaonline@gmail.com.

View website
 
website magħmula minn CasaSoft