Muzew Nazzjonali ta' l-Istorja Naturali
Il-Muzew Nazzjonali ta’ l-iStorja Naturali jilqa’ fih l-ikbar gabra ta’ ezemplari biologici. Il-muzew jittratta kemm Life Sciences kif ukoll Earth Sciences, f’enfasi speçjali fuq il-Gzejjer Maltin.
Il-Muzew ghandu numru ta’ kollezzjonijiet ta’ valur storiku, bhall-kollezzjoni konkologika ta’ Mamo, il-kollezzjoni minerali ta’ Mizzi, u diversi kollezzjonijiet ta’ Giuseppe Despott. Il-kollezzjoni fit-taqsima ta’ referenza fiha iktar minn 10,000 ezemplari ta’ blat u minerali, iktar minn 3500 ghasafar, bajd u bejtiet ta’ l-ghasafar, 200 mammiferu, iktar minn 200 speci ta’ hut, u eluf ta’ bebbux, arzell u insetti lokali u ezotici. Il-kollezzjoni ta’ fossili hija wkoll interessanti, b’numru ta’ hut kbir, hafna speci ta’ rizzi u fawna ohra tal-bahar li nstabu ngastati fil-blat.
Il-muzew jiffoka l-iktar fuq aspetti fawnali tax-xjenzi naturali, u l-wirjiet prezenti jttrattaw temi bhal evoluzzjoni tal-bniedem, insetti, ghasafar u habitati, u ekosistemi tal-bahar. Il-wirjiet tal-geologija u l-paeontologija ghandhom valur partikolari u huma ta’ interess kemm lokali kif ukoll interenazzjonali. Il-muzew ghandu wkoll librerija ta’ referenzi fuq xjenzi naturali. Il-muzew jaghmel xoghol ta’ ricerka u monitoragg, u jahdem flimkien ma’ ghaqdiet ohrajn bl-iskop li jisseddaq il-valur tal-patrimonju Malti.
View website