L-ewwel frieh tal-Garnija ta' dis-sena jilhqu il-Grecja u Kreta
Il-Progett Garnija llum zvela nformazzjoni mibghuta minn apparat elettroniku satellitari li qed juri li l-ewwel frieh ta’ dis-sena tal-Garnija tajru l-boghod mill-ibhra Maltin u waslu vicin tal-kosta tal-Grecja u Kreta.
Matul Gunju, sitt ifrieh li faqsu mil-kolonja fl-iRdum tal-Madonna gew mghamra b’apparat eletteroniku satellittari mir-ricerkaturi tal-progett. Dan l-apparat, li jizen biss ftit grammi, beda jittrasmetti l-posizzjoni ta’ dawn l-ghasafar matul l-ewwel titjira taghhom lil hinn mil-gzejjer Maltin. Jidher li l-frieh irhewla lejn il-Lvant ta’ Malta, b’ ghasfur minnhom iqatta’ diversi granet fl-ibhra tal-Grecja vicin tal-gzira ta’ Kefallonia, waqt li iehor bhalissa jinstab lejn in-nofsinhar ta’ Kreta. Garnija ohra tidher qed tqarreb lejn il-kosta tal-Albanija fil-bahar Adrijatiku.
It- ‘tags’ kif inhuma wkoll maghrufa dawn l-apparat elettroniku, gew zviluppati apposta ghall-uzu fuq il-Garnija, u din hi l-ewwel darba li studju xjentifiku bhal dan qed isir fuq din l-ispeci. Matul il-gimghat li gejjin, iktar trasmissjonijiet ser jippermettu lir-ricerkaturi tal-progett jiksbu iktar informazzjoni dwar fejn il-frieh tal-Garnija jqattghu l-ewwel gimghat ta’ hajjithom fuq il-bahar.
‘Din ir-ricerka, apparti li hi krucjali biex nipprotegu kolonja mportanti hafna tal-popolazzjoni dinjija tal-Garnija, qed tghin il-Malta taghmel isem fir-ricerka fuq tajr tal-bahar f’livell internazzjonali,’ sahaq Dr Andre Raine, Conservation Manager ta’ BirdLife Malta. ‘Din it-teknologija tippermetti lilna nkunu nafu fejn qed imorru l-garni la darba jhallu l-bejtiet taghhom, biex b’hekk inkunu nafu ahjar liema huma dawk l-inhawi fil-Mediterran li huma mportanti ghalihom u li jirrekjedu li jigu mharsa.’
Malta tghajjex 10% tal-popolazzjoni dinjija tal-Garnija. Il-frieh li qed jigu studjati faqsu mil-kolonja tal-Irdum tal-Madonna fejn hemm ibejtu madwar 500 par. L-istudju u l-harsien tal-Garnija huma l-ghan ewlieni tal-Progett Garnija. Din l-informazzjoni fuq fejn il-garni qed itir, jiekol u jqatta’ zmienu fil-Mediterran ha tintuza biex tghin lil Malta tiddikjara Zoni Protetti Specjali fl-ibhra taghna, kif ukoll f’ibhra ta’ pajjizi ohra, sabiex inharsu l-futur tal-Garnija.
Il-Progett Garnija hu shubija ta’ erbgha ghaqdiet governattivi u tliet ghaqdiet ambjentali fosthom BirdLife Malta li qed tmexxi dan il-progett. Il-progett kiseb 50% tal-fondi mil-EU LIFE Unit, b’fondi ohra gentilment mghotija mill-MEPA u l-HSBC.