BirdLife Malta, Logo
Natura 2000 Logo LIFE EU Logo
Lingwa

Operaturi tal-lanec u konservazzjonisti jinghaqdu ghall-harsien tal-Garnija

Hekk kif is-sajf ghaddej gmielu, operaturi tal-lanec u konservazzjonisti minn BirdLife Malta qeghdin jissiehbu biex jimplimentaw Avviz lill-Bahhara li jhares l-akbar kolonja tal-Garnija f’Malta, mahrug fis-6 ta’ Jannar.

L-Avviz lill-Bahhara Nru. 4 tal-2009, jhares zona ristretta fejn fiha qeghdin jigu kkontrollati attivitajiet li jistghu jgerrxu lill-Garni minn saghtejn qabel jidlam sa saghtejn wara li jisbah. Attivitajiet bhal  dawn jinkludu storbju, dawl eccesiv u hruq ta’ murtali f’ distanza ta’ madwar 1.1 mil nawtiku lil hinn mill-Irdum tal-Madonna fiz-zmien meta jbejjet dan l-ghasfur sal-ahhar tal-Lulju.

“Matul iz-zmien li l-Garnija tibda tipprepara biex tbejjet u tkabbar il-ferh taghha,  perjodu li jestendi minn Frar sal-ahhar ta’ Lulju, ricerkaturi mghodija fl-istudji taghhom tul il-lejl, innutaw diversi drabi li l-Avviz lill-Bahhara mhux jigi rrispettat, b’xi operaturi tal-lanec jiksru l-ligi f’dar-rigward,” qal Nicholas Barbara, Kap tal-Progett Garnija.

L-FAM li jissorveljaw regolarment l-inhawi kemm ilu mahrug l-Avviz lil-Bahhara, intercettaw diversi operaturi ta’ lanec li kienu qed jiksru dar-regolamenti, bl-ahhar kaz imur lura biss ghat-8 ta’ Lulju fejn lanca li topera fl-inhawi nstabet tbahhar vicin tal-irdum b’muzika tghajjat u dawl eccessiv.

Il-popolazzjoni tal-Garnija f’Malta tammonta ghal 10% tal-popolazzjoni dinjija. Il-Garni jirritornaw Malta biex ibejtu fi Frar u jibqghu jospitaw l-Irdum tal-Madonna sal-ahhar ta’ Lulju. Il-Garnija hi ghasfur li tersaq biss lejn l-art fid-dalma u l-hemda tal-lejl, u ghalhekk hu facli hafna li hekk din tigi mgerrxa bi storbju jew dawl eccessiv regolarment, tabbanduna il-bejta u sahansitra l-kolonja taghha. Dan diga’ sehh imkien iehor bhal fl-irdum ta’ Hal Far fejn diversi ucuh tal-irdum gew abbandunata minhabba zieda fi storbju u dawl minn attivijiet hemmhekk.

L-Awtorita’ Marittima ta’ Malta theggeg lil kull min ibahhar fiz-zona ristretta bejn il-Ponta tal-Ahrax u Dahlet ix-Xilep biex jirrispetta l-Avviz lill-Bahhara Nru. 4 tal-2009 mahrug

Il-Progett Garnija hu shubija ta’ erbgha ghaqdiet governattivi u tliet ghaqdiet ambjentali fosthom BirdLife Malta li qed tmexxi dan il-progett. Il-progett kiseb 50% tal-fondi mil-EU LIFE Unit, b’fondi ohra gentilment mghotija mill-MEPA u l-HSBC.

 


 
website magħmula minn CasaSoft